“PEOPLE4SOIL” HIJA NETWERK LIBERA U MIFTUĦA TA’ NGO’S EWROPEJ, ISTITUZZJONIJIET TA’ RIĊERKA, ASSOĊJAZZJONIJIET TAL-BDIEWA U GRUPPI TA’ AMBJENTALISTI.

Aħna nkwetati ħafna dwar id-degradazzjoni dejjem tiżdied tal-ħamrija kemm fil-UE u kemm fil-livell globali: l-erożjoni, l-issiġilar, it-telf ta’ materja organika, il-kompattazzjoni, is-salinizzazzjoni, iċ-ċediment tal-art u l-kontaminazzjoni għandhom impatti negattivi fuq is-saħħa umana, is-sigurtà tal-ikel, l-ekosistemi naturali, il-bijodiversità u l-klima, kif ukoll fuq l-ekonomija tagħna.

Aħna rridu nagħmlu pressjoni fuq l-istituzzjonijiet Ewropej biex jadottaw leġislazzjoni speċifika dwar il-ħarsien tal-ħamrija, jiffissaw prinċipji u regoli li l-Istati Membri għandhom jikkonformaw magħhom. Aħna rridu l-Ewropa tirrikonoxxi l-ħamrija bħala ħaġa tajba komuni essenzjali għall-ħajjitna u biex tassumi l-immaniġġjar sostenibbli tagħha bħala impenn primarju.

Bħalissa, il-ħamrija mhijiex soġġetta għall-sett koerenti ta’ regoli fl-Unjoni: il-proposta għad-Direttiva tal-Qafas tal-Ħamrija ġiet irtirata f’Mejju 2014 wara li sabet ma’ wiċċha minoranza li mblokkata għal tmien snin. Il-politika eżistenti tal-UE f’oqsma oħra mhumiex biżżejjed biex jiżguraw li jkun hemm livell ta’ protezzjoni għall-ħamrija kollha fl-Ewropa.

Iċ-ċittadini Ewropej għandhom id-dritt jirrakkomandaw il-leġiżlazzjoni UE permezz tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI). Għandna 12-il xahar żmien biex niġbru n-numru meħtieġ ta’ dikjarazzjonijiet ta’ appoġġ (miljun b’kollox li jinkludu numru minimu f’tal-anqas 7 istati membri). Din hi mira importanti biex inħarsu l-futur tagħna, in-natura tagħna, is-saħħa tagħna u s-saħħa ta’ uliedna.